Government acquisition declaration for Floriana premises

Floriana - - €364,389.57

AKKWIST TA’ ART DIKJARAZZJONI MILL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET ILLI b’Dikjarazzjoni tal-President ta’ Malta tat-18 ta’ Frar, 1993 u hekk kif korretta b’Dikjarazzjoni oħra tat-30 ta’ April, 1993, l-art hawn taħt imsemmija kienet dikjarata meħtieġa mill-Awtorità kompetenti għal skop pubbliku skont id-dispożizzjonijiet tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi (Kapitolu 88) u illi l-akkwist tagħha kellu jkun b’titolu ta’ Dominju Pubbliku. Illum Jiena hawnhekk niddikjara illi l-art hawn taħt imsemmija għadha meħtieġa mill-Gvern ta’ Malta għal skop pubbliku skont l-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 573) tal-Liġijiet ta’ Malta u illi l-Akkwist tagħha għandu jkun b’xiri assolut. Is-6 ta’ Frar, 2025 (File No. L/594/1985/3) Deskrizzjoni tal-Art L-art li ġejja fil-Furjana: Il-fond numru 4, Triq Sant’Anna, il-Furjana. L-art hawn fuq imsemmija tidher fuq il-pjanta Land Drawing 149/1985, li wieħed jista’ jara fuq talba fl-Awtorità tal-Artijiet, Auberge de Baviere, Valletta. Illi d-Dikjarazzjoni qiegħda tiġi maħruġa għall-fini tal- Artikolu 68 u 69 tal-Kap. 573 bil-mod imfisser fl-Artikolu 68 (3) tal-Kap. 573 ossia skont l-Artikolu 38 tal-istess Kap. 573 u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 52, 53, 54 u 55 tal-Kap. 573 japplikaw għall-istess. Illi d-Dikjarazzjoni odjerna qiegħda tiġi maħruġa għall-fini ta’ Artikolu 44 tal-Kapitolu 573. Il-kumpens offrut għall-biċċa art hawn fuq imsemmija huwa ta’ tliet mija u erbgħa u sittin elf, tliet mija u disgħa u tmenin Ewro u sebgħa u ħamsin ċenteżmu (€364,389.57),

View on PropertyList.mt