Imġarr - Land/Plot - €355,443
NOTIFIKAZZJONIJIET TAL-GVERN 1458 Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta 21,388 Ma’ din id-dikjarazzjoni qed tiġi ppubblikata site plan li turi l-immobbli msemmija. (Iff.) Dr John Vassallo Chairperson tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet Il-21 ta’ Jannar, 2025 Din is-site plan qed tiġi ppubblikata f’paġna 1459. Stima tal-Perit (Oriġinali bil-Malti) Valutazzjoni ta’ biċċa art fix-Xagħra tal-Knisja, Triq San Filippu, fl-Imġarr, Malta, meħtieġa għall-finijiet ta’ esproprjazzjoni għal Skopijiet Pubbliċi. Fuq inkarigu taċ-Chairman tal-Awtorità tal-Artijiet, skont l-Att dwar Artijiet tal-Gvern, Kapitolu 573 tal-Liġijiet ta’ Malta, qiegħed niffissa l-valur liberu u frank tal-proprjetà hawn taħt deskritta fix-Xagħra tal-Knisja, Triq San Filippu, fl-Imġarr, Malta, li hija meħtieġa mill-Gvern għal skop pubbliku, u dan wara li kkunsidrajt il-lokalità, il-qies, l-għamla, l-istat u l-potenzjal, skont il-pjanijiet u l-konfini taż-żona tal-iżvilupp kif maħruġa uffiċjalment mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll il-valur ta’ proprjetajiet oħra viċini jew simili u ħwejjeġ oħra li jista’ jkollhom effett fuq il-valur tal-istess proprjetà. Biċċa art fl-Imġarr, Malta, tal-kejl ta’ madwar 120 metru kwadru, li tmiss mill-Punent u mill-Majjistral ma’ proprjetàta’ Nazzareno Vella u oħrajn u min-Nofsinhar ma’ proprjetà ta’ sidien mhux magħrufa jew irjieħ verjuri, hija murija delinjata bil-kulur aħmar fuq il-pjanta P.D. nru. 2011_382, u stmata għall-valur ta’ tliet mija u ħamsa u ħamsin elf, erba’ mija u tlieta u erbgħin Ewro (€355,443). Nota: Dan huwa estratt tar-rapport oriġinali li ġie mogħti min-naħa tiegħi fit-30 ta’ Jannar, 2024. L-estratt tar-rapport qed isir biex jiġi anness u ppubblikat mad-dikjarazzjoni. (Iff.) Perit Adriana Zammit Il-21 ta’ Jannar, 2025 A site plan showing the mentioned immovable property is being published with this declaration. (Sgd) Dr John Vassallo Chairperson of the Board of Governors of the Lands Authority 21st January, 2025 This site plan is being published on page 1459. Architect’s Valuation (Original in Maltese) Valuation of a portion of land at ix-Xagħra tal-Knisja, Triq San Filippu, in Mġarr, Malta, required for expropriation purposes for Public Purposes. As instructed by the Chairman of the Land Authority, in terms of Government Lands Act, Chapter 573 of the Laws of Malta, I am determining the freehold and unencumbered value of the property mentioned below at ix-Xagħra tal- Knisja, Triq San Filippu, in Mġarr, Malta, which is required by the Government for a public purpose, and this after having considered the locality, size, shape, state and potential, in terms of the plans and boundaries of the development zone as officially published by the Planning Authority, as well as the value of similar properties nearby and other matters which may effect the value of the same property. A plot of land measuring about 120 square metres, bounded on the West and NorthWest by property of Nazzareno Vella and others and on the South by property of unknown owners or more precise boundaries, is shown delineated with the colour red on plan P.D. no. 2011_382, and valued for three hundred and fifty five thousand, four hundred and forty three Euros (€355,443). Note: This is an extract of the original report given by me on the 30th January, 2024. The extract of the report is being made to be attached and published with the declaration. (Sgd) Architect Adriana Zammit 21st January, 2025 Is-6 ta’ Frar, 2025 1459 1460 Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta 21,388