Release of government land premises at Marsa

Marsa -

RILAXX TA’ ART DIKJARAZZJONI MILL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET BILLI bid-Dikjarazzjoni tal-Gvernatur Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju, 1974, ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-2 ta’ Lulju, 1974, taħt in-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 457, il-Gvernatur Ġenerali kien iddikjara illi biċċa art kienet meħtieġa mill-Gvern kompetenti għal skop pubbliku skont id-dispożizzjonijiet tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Art għal Skopijiet Pubbliċi (Kap. 136) u billi parti minn din l-art m’għadhiex aktar hekk meħtieġa, jiena hawnhekk niddikjara għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi, illi l-art hawn taħt imsemmija m’għadhiex aktar meħtieġa mill-Awtorità kompetenti għal skop pubbliku u kif ukoll skont l-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kap. 573) tal-Liġijiet ta’ Malta. L-10 ta’ Jannar, 2025 (File No. L/846/1973/VII/85)

View on PropertyList.mt