San Pawl il-Baħar - Land/Plot
TERMINAZZJONI TA’ KIRI TA’ RABA’ DIKJARAZZJONI MILL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET JIEN hawnhekk niddikjara illi l-art hawn taħt imsemmija, li hija proprjetà tal-Gvern, hija meħtieġa għal skop pubbliku skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kap. 573) tal-Liġijiet ta’ Malta. Il-5 ta’ Marzu, 2024 (File No. A/4487/1997) Deskrizzjoni tal-Art L-art li ġejja f’San Pawl il-Baħar: Biċċa art tal-kejl ta’ madwar 2,293 metru kwadru, li tmiss mit-Tramuntana u min-Nofsinhar ma’ proprjetà tal-Gvern u mill-Punent ma’ Triq Emmanuele Pinto jew irjieħ verjuri u hija reġistrata fir-rekords tal-Awtorità bħala parti minn tenement numru J52720. L-art hawn fuq imsemmija fi Triq San Pawl f’San Pawl il-Baħar, qiegħda tiġi terminata b’konnessjoni ma’ proġett taċ-ċentru ċiviku.