Government land acquisition in Marsa (~143 m²)

Marsa - Land/Plot

AKKWIST TA’ ART (EMENDA) DIKJARAZZJONI MILL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET ILLI b’dikjarazzjoni tal-Gvernatur Ġenerali tas-27 ta’ Lulju, 1973, l-art hawn taħt imsemmija kienet dikjarata meħtieġa mill-Awtorità kompetenti għal skop pubbliku skond id-dispozizzjonijiet tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi (Kapitolu 136) u illi l-Akkwist tagħha kellu jkun b’titolu ta’ pussess u użu. Illum Jiena hawnhekk niddikjara illi l-art hawn taħt imsemmija għadha meħtieġa mill-Gvern ta’ Malta għal skop pubbliku skont l-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 573) tal-Liġijiet ta’ Malta u illi l-Akkwist tagħha għandu jkun b’xiri assolut u qiegħed nemenda d-Dikjarazzjoni maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet ippubblika fil-Gazzetta tal-Gvern tat-28 ta’ April, 2025 taħt Notifikazzjoni tal-Gvern numru 662 fis-sens illi tali Dikjarazzjoni kellha tiġi maħruġa għall- fini tal-Artikoli 68 u 69 tal-Kapitolu 573. L-4 ta’ Diċembru, 2025 (File No. L/0285/1973/VI/125A) Deskrizzjoni tal-Art L-art li ġejja fil-Marsa: Biċċa art tal-kejl ta’ madwar 143 metru kwadru, li tmiss mix-Xlokk u mil-Lbiċ ma’ proprjetà tal-Gvern u mit- Tramuntana ma’ proprjetà ta’ sidien mhux magħrufa jew irjieħ verjuri. Il-biċċa art hawn fuq imsemmija tidher murija delinjata bil-kulur aħmar u mmarkata bħala plot nru. “1_2” fuq il- pjanta P.D 129E/73/3/A/1, li wieħed jista’ jara fuq talba fl- Awtorita tal-Artijiet, Auberge de Baviere, Valletta. Illi d-dikjarazzjoni qiegħda tiġi maħruġa għall-fini tal- Artikoli 68 u 69 tal-Kap. 573 bil-mod imfisser fl-Artikolu 68 (3) tal-Kap. 573 ossia skont l-Artikolu 38 tal-istess Kap. 573 u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 52, 53, 54 u 55 tal-Kap. 573 japplikaw għall-istess. Il-Kumpens offrut għall-biċċa art hawn fuq imsemmija a bazi tal-Artikolu 44 u 64 tal-Kapitolu 573 huwa ta’ mija u tlieta

View on PropertyList.mt