Akkwist tal-art (emenda): Fond 142, Triq is-Salib tal-Marsa

Marsa - Land/Plot - €65,850

AKKWIST TA’ ART (EMENDA) DIKJARAZZJONI MILL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET ILLI b’dikjarazzjoni tal-President ta’ Malta tal-4 ta’ Frar, 1986, l-art hawn taħt imsemmija kienet dikjarata meħtieġa mill-Awtorità kompetenti għal skop pubbliku skond id- dispozizzjonijiet tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi (Kapitolu 136) u illi l-Akkwist tagħha kellu jkun b’titolu ta’ pussess u użu. Illum Jiena hawnhekk niddikjara illi l-art hawn taħt imsemmija għadha meħtieġa mill-Gvern ta’ Malta għal skop pubbliku skont l-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 573) tal-Liġijiet ta’ Malta u illi l-Akkwist tagħha għandu jkun b’xiri assolut u qiegħed nemenda d-Dikjarazzjoni maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet ippubblika fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ Ottubru, 2025 taħt Notifikazzjoni tal-Gvern numru 1717 fis-sens illi tali Dikjarazzjoni kellha tiġi maħruġa għall- fini tal-Artikoli 68 u 69 tal-Kapitolu 573. L-4 ta’ Diċembru, 2025 (File No. L/0380/1979/VI/1 - Fond nru 142) Deskrizzjoni tal-Art L-art li ġejja fil-Marsa: Fond Nru. 142, fi Triq is-Salib tal-Marsa. Il-biċċa art tidher murija delinjata bil-kulur aħdar u mmarkata bħala fond numru ‘142’ fuq il-pjanta L.D. nru. 209A/85, li wiehed jista’ jara fuq talba fl-Awtorità tal-Artijiet, Auberge de Baviere, Valletta. Illi d-dikjarazzjoni qiegħda tiġi maħruġa għall-fini tal- Artikoli 68 u 69 tal-Kap. 573 bil-mod imfisser fl-Artikolu 68 (3) tal-Kap. 573 ossia skont l-Artikolu 38 tal-istess Kap. 573 u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 52, 53, 54 u 55 tal-Kap. 573 japplikaw għall-istess. Il-kumpens offrut ghall-biċċa art hawn fuq imsemmija huwa ta’ ħamsa u sittin elf, tmien mija u ħamsin Ewro (€65,850), skont l-istima li saret mill-Perit Matthew Joseph

View on PropertyList.mt