Akkwist tal-art: Plot 1, Wied il-Għajn għal skopijiet pubbliċi

Wied il-Għajn - Land/Plot - €11,900.31

AKKWIST TA’ ART DIKJARAZZJONI MILL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET ILLI b’dikjarazzjoni tal-President ta’ Malta tal-1 ta’ Settembru, 1978, l-art hawn taħt imsemmija kienet dikjarata meħtieġa mill-Awtorità kompetenti għal skop pubbliku skond id-dispozizzjonijiet tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi (Kapitolu 136) u illi l-Akkwist tagħha kellu jkun b’xiri assolut. Illum Jiena hawnhekk niddikjara illi l-art hawn taħt imsemmija għadha meħtieġa mill-Gvern ta’ Malta għal skop pubbliku skont l-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 573) tal-Liġijiet ta’ Malta u illi l-Akkwist tagħha għandu jkun b’xiri assolut. L-4 ta’ Diċembru, 2025 (File No. L/586/1972/II/0001 - Plot nru 1) Deskrizzjoni tal-Art L-art li ġejja fil-limiti ta’ Wied il-Għajn: Biċċa art tal-kejl ta’ madwar 1,960.7 metri kwadri, li tmiss mill-Grigal u mil-Lbiċ ma’ proprjetà tas-Sur Joseph Vella u oħrajn, mill-Majjistral ma’ passaġġ pubbliku u mix- Xlokk ma’ proprjetà ta’ Dott. Lawrence Cauchi, LL.D jew irjieħ verjuri. L-art hawn fuq imsemmija tidher murija delinjata bil-kulur aħmar u mmarkata bħala plot ‘1’ fuq il-pjanta L.D. 231A/72, li wiehed jista’ jara fuq talba fl-Awtorità tal-Artijiet, Auberge de Baviere, Valletta. Illi d-Dikjarazzjoni odjerna qiegħda tiġi maħruġa għall-fini tal-Artikolu 44 tal-Kapitolu 573. Il-Kumpens offrut ghall-biċċa art hawn fuq imsemmija a bażi tal-Artikolu 44 u 64 tal-Kapitolu 573 huwa ta’ ħdax-il elf u disa’ mitt Ewro u wieħed u tletin ċenteżmu (€11,900.31), skont l-istima li saret mill-Perit Anthony Bezzina, li l-estratt tagħha qed jiġi hawn anness ma’ din id-dikjarazzjoni.

View on PropertyList.mt