Akkwist tal-art: Plot 8, Xgħajra għal skopijiet pubbliċi

Xgħajra - Land/Plot - €2,820.51

AKKWIST TA’ ART DIKJARAZZJONI MILL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET ILLI b’dikjarazzjoni tal-President ta’ Malta tad-19 ta’ Mejju, 1989, l-art hawn taħt imsemmija kienet dikjarata meħtieġa mill-Awtorità kompetenti għal skop pubbliku skond id-dispozizzjonijiet tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi (Kapitolu 88) u illi l-Akkwist tagħha kellu jkun b’xiri assolut. Illum Jiena hawnhekk niddikjara illi l-art hawn taħt imsemmija għadha meħtieġa mill-Gvern ta’ Malta għal skop pubbliku skont l-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 573) tal-Liġijiet ta’ Malta u illi l-Akkwist tagħha għandu jkun b’xiri assolut. L-4 ta’ Diċembru, 2025 (File No. L/586/1972/III/0008 - Plot nru 8) Deskrizzjoni tal-Art L-art li ġejja fix-Xgħajra, limiti ta’ Ħaż-Żabbar: Biċċa art tal-kejl ta’ madwar 1,038.3 metri kwadri, li tmiss mix-Xokk ma’ triq pubblika, mill-Grigal u mil-Lbiċ ma’ proprejta’ ta’ James Stapleton jew irjieh verjuri. L-art hawn fuq imsemmija tidher murija delinjata bil-kulur aħdar u mmarkata bħala plot ‘8’ fuq il-pjanta L.D. 231/72, li wiehed jista’ jara fuq talba fl-Awtorità tal-Artijiet, Auberge de Baviere, Valletta. Illi d-Dikjarazzjoni odjerna qiegħda tiġi maħruġa għall-fini tal-Artikolu 44 tal-Kapitolu 573. Il-Kumpens offrut ghall-biċċa art hawn fuq imsemmija a bażi tal-Artikolu 44 u 64 tal-Kapitolu 573 huwa ta’ elfejn, tmien mija u għoxrin Ewro u wieħed u ħamsin ċenteżmu (€2,820.51), skont l-istima li saret mill-Perit Anthony Bezzina, li l-estratt tagħha qed jiġi hawn anness ma’ din id-dikjarazzjoni.

View on PropertyList.mt