Government acquisition of 6,800 m² in Għajnsielem for waste water plant

Għajnsielem - Land/Plot - €492,252

AKKWIST TA’ ART DIKJARAZZJONI MILL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET JIENA hawnhekk niddikjara illi l-art hawn taħt imsemmija hija meħtieġa mill-Gvern ta’ Malta għal skop pubbliku skont l-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 573) tal-Liġijiet ta’ Malta u illi l-akkwist tagħha għandu jkun b’xiri assolut. L-4 ta’ Diċembru, 2025 (File No. L/416/2024) Deskrizzjoni tal-Art L-art li ġejja f’Għajnsielem, Għawdex: Biċċa art tal-kejl ta’ madwar 6,800 metri kwadri, li tmiss min-Nofsinhar u mit-Tramuntana ma’ proprjetà ta’ enti Ekkleżjastika u mil-Lvant ma’ proprjetà tal-Gvern jew irjieħ verjuri. L-art hawn fuq imsemmija qiegħda tiġi akkwistata b’konnessjoni ma’ estensjoni tal-impjant tat-trattament tal- ilma tad-drenaġġ ta’ Ras il-Ħobż. Il-biċċa art tidher murija delinjata bil-kulur aħmar fuq il-pjanta P.D. nru. 2024_1184, li wieħed jista’ jara fuq talba fl-Awtorità tal-Artijiet, Auberge de Baviere, Valletta. Il-kumpens offrut għall-biċċa art hawn fuq imsemmija hu ta’ erba’ mija u tnejn u disgħin elf, mitejn u u tnejn u ħamsin Ewro (€492,252), skont l-istima konġunta li saret mill-Periti Joe Bugeja, Edric Micallef u Kevin R. Abela, li estratt tagħha qed jiġi hawn anness ma’ din id-dikjarazzjoni.

View on PropertyList.mt