Siġġiewi - Land/Plot - €56.58
AKKWIST TA’ ART DIKJARAZZJONI MILL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET JIENA hawnhekk niddikjara illi l-art hawn taħt imsemmija hija meħtieġa mill-Gvern ta’ Malta għal skop pubbliku skont l-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 573) tal-Liġijiet ta’ Malta u illi l-akkwist tagħha għandu jkun għal pussess u użu għall-perjodu ta’ sena (1) li jibda jgħodd mill-bidu tax- xogħlijiet. L-4 ta’ Diċembru, 2025 (File No. L/460/2019 - plot 14) Deskrizzjoni tal-Art L-art li ġejja fis-Siġġiewi: Biċċa art tal-kejl ta’ madwar 99 metri kwadri, li tmiss mill- Majjistral, mil-Lvant u mix-Xlokk ma’ proprjetà ta’ sidien mhux magħrufa jew irjieħ verjuri. L-art hawn fuq imsemmija qiegħda tiġi akkwistata b’konnessjoni ma’ twessigħ ta’ triq fi Triq Ta’ Bur il-Kbir. Il-biċċa art tidher murija delinjata bil-kulur ikħal u mmarkata bħala plot nru. “14” fuq il-pjanta P.D. nru. 2020_0100H, li wieħed jista’ jara fuq talba fl-Awtorità tal- Artijiet, Auberge de Baviere, Valletta. Il-kera tal-akkwist għall-perjodu ta’ sena (1) għall-biċċa art hawn fuq imsemmija hija ta’ sitta u ħamsin Ewro u tmienja u ħamsin ċenteżmu (€56.58), skont l-istima li saret mill-Perit Arielle Agius, li estratt tagħha qed jiġi hawn anness ma’ din id-dikjarazzjoni.