Termination of agricultural lease at Gudja for road widening

Gudja - Land/Plot

TERMINAZZJONI TA’ KIRI TA’ RABA’ DIKJARAZZJONI MILL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET JIEN hawnhekk niddikjara illi l-art hawn taħt imsemmija, li hija proprjetà tal-Gvern, hija meħtieġa għal skop pubbliku skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kap. 573) tal-Liġijiet ta’ Malta. It-18 ta’ Frar, 2025 (File No. A/2467/1997) Deskrizzjoni tal-Art L-art li ġejja fil-Gudja: Biċċa art tal-kejl ta’ madwar 44 metru kwadru, li tmiss mit-Tramuntana ma’ proprjetà tal-Gvern u min-Nofsinhar u mill-Punent ma’ proprjetà tal-Uffiċċju Konġunt jew irjieħ verjuri u hija reġistrata fir-rekords tal-Awtorità bħala tenement numru J60803. L-art hawn fuq imsemmija qiegħda tiġi tterminata b’ konnessjoni ma’ twessigħ ta’ triq. L-art hawn fuq imsemmija tidher immarkata bil-kulur ikħal fuq il-pjanta P.D. 2025_0058, li wieħed jista’ jara fuq talba fl-Awtorità tal-Artijiet, il-Berġa tal-Baviera, Il-Belt Valletta. (Iff.) Dott. John Vassallo, LLD Chairperson tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet It-13 ta’ Frar, 2025

View on PropertyList.mt