Ħ'Attard - Land/Plot
TERMINAZZJONI TA’ KIRI TA’ RABA’ DIKJARAZZJONI MILL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET JIEN hawnhekk niddikjara illi l-art hawn taħt imsemmija, li hija proprjetà tal-Gvern, hija meħtieġa għal skop pubbliku skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kap. 573) tal-Liġijiet ta’ Malta. It-18 ta’ Frar, 2025 (File No. L/1492/1963/182) Deskrizzjoni tal-Art L-art li ġejja f’Ħ’Attard: Biċċa art tal-kejl ta’ madwar 3,897 metru kwadru, li tmiss min-Nofsinhar ma’ proprjetà ta’ sidien mhux magħrufa, mit- Tramuntana ma’ triq pubblika, u mil-Lvant ma’ proprjetà tal-Uffiċċju Konġunt u hija reġistrata fir-rekords tal-Awtorità bħala tenement numru 052232-001. L-art hawn fuq imsemmija qiegħda tiġi tterminata b’ konnessjoni ma’ Impjant għat-Trattament tad-Drenaġġ bħala parti mill-proġett tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali. L-art hawn fuq imsemmija tidher immarkata bil-kulur ikħal fuq il-pjanta P.D. 142_85_2, li wieħed jista’ jara fuq talba fl- Awtorità tal-Artijiet, il-Berġa tal-Baviera, Il-Belt Valletta. (Iff.) Dott. John Vassallo, LLD Chairperson tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet It-13 ta’ Frar, 2025